22.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 85/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Jannar 2014 — L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) vs riha WeserGold Getränke GmbH & Co. KG (li qabel kienet Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG), Lidl Stiftung & Co. KG
(Kawża C-558/12 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali WESTERN GOLD - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali, internazzjonali u Komunitarja WeserGold, Wesergold u WESERGOLD)
2014/C 85/15
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: A. Polmann, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedura: riha WeserGold Getränke GmbH & Co. KG (li qabel kienet Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG) (rappreżentant: T. Melchert, avukat), Lidl Stiftung & Co. KG (rappreżentanti: M. Wolter u A. K. Marx, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Settembru 2012, Wesergold Getränkeindustrie vs UASI — Lidl Stiftung (T-278/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Marzu 2010 (Każ R 770/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG u Lidl Stiftung & Co. KG — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “WESTERN GOLD” bħala trade mark Komunitarja — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade marks verbali nazzjonali, internazzjonali u Komunitarja “WeserGold”, “Wesergold” u “WESERGOLD” — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)
Dispożittiv
(1) |
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ Settembru 2012, Wesergold Getränkeindustrie vs UASI — Lidl Stiftung (WESTERN GOLD) (T-278/10), hija annullata. |
(2) |
Il-kawża hija rrinvijata lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
(3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |