4.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – KONE AG, Otis GmbH, Schindler Aufzüge und Fahrtreppen GmbH, Schindler Liegenschaftsverwaltung GmbH, ThyssenKrupp Aufzüge GmbH vs ÖBB Infrastruktur AG

(Kawża C-557/12) (1)

((Artikolu 101 TFUE - Kumpens għad-danni kkawżati minn akkordju pprojbit minn dan l-artikolu - Danni li jirriżultaw mill-prezz ogħla applikat minn impriża minħabba akkordju pprojbit, li hija ma tipparteċipax fih (“umbrella pricing”) - Rabta kawżali))

2014/C 253/11

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: KONE AG, Otis GmbH, Schindler Aufzüge und Fahrtreppen GmbH, Schindler Liegenschaftsverwaltung GmbH, ThyssenKrupp Aufzüge GmbH

Konvenuta: ÖBB Infrastruktur AG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Oberster Gerichtshof – Interpretazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE – Kumpens għad-danni kkawżati minn akkordju pprojbit minn dan l-artikolu – Danni li jirriżultaw mill-prezz ogħla applikat minn impriża minħabba akkordju pprojbit, li hija ma tipparteċipax fih

Dispożittiv

L-Artikolu 101 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi interpretazzjoni u applikazzjoni tad-dritt intern ta’ Stat Membru li tikkonsisti fl-esklużjoni b’mod kategoriku, għal raġunijiet ġuridiċi, tar-responsabbiltà ċivili ta’ impriżi li jipparteċipaw f’akkordju, għal danni li jirriżultaw minn prezzijiet li ffissat impriża li ma tipparteċipax f’dan l-akkordju, fid-dawl tal-aġir tal-imsemmi akkordju, f’livell ogħla minn dak li kien jiġi applikat fl-assenza tal-akkordju.


(1)  ĠU C 71, 09.03.2013.