15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia — l-Italja) — Dirextra Alta Formazione Srl vs Regione Puglia

(Kawża C-523/12) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Sussidji pubbliċi kkofinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew, għall-istudenti rreġistrati fi speċjalizzazzjoni post lauream - Leġiżlazzjoni intiża għat-titijib tal-livell lokali ta’ edukazzjoni u li tissuġġetta l-għoti ta’ boroż ta’ studju għal kundizzjonijiet intiżi għall-operaturi li jorganizzaw korsijiet post lauream - Kundizzjoni ta’ esperjenza ta’ għaxar snin kontinwi)

2014/C 45/27

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dirextra Alta Formazione Srl

Konvenuta: Regione Puglia

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia — Interpretazzjoni tal-Artikoli 56, 101 u 107 TFUE — Interpretazzjoni tal-Artikoli 9 u 10 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, u tal-Artikoli 11 u 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni — Sussidji pubbliċi, ikkofinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropej, favur studenti rreġistrati għal masters post lauream — Leġiżlazzjoni reġjonali għat-titjib tal-livell lokali ta’ tagħlim u jissuġġetta l-għoti tal-boroż ta’ studju fil-livell ta’ professjonaliżmu tal-operaturi li jorganizzaw il-masters — Operatur i għandu l-esperjenza għal dak li jirrigwarda n-numru ta’ siegħat ta’ tagħlim imwettqa, iżda li ma kisibhomx fiż-żmien u bil-mod previst

Dispożittiv

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirrikjedi li l-istabbilimenti ta’ tagħlim ogħla li l-istudenti jirreġistraw magħhom għal borża ta’ studju reġjonali ffinanzjata b’mod partikolari mill-Fond Soċjali Ewropew għandhom juru li għandhom esperjenza ta’ għaxar snin meta dawn l-istabbilimenti ma humiex la universitajiet irrikonoxxuti mid-dritt nazzjonali u lanqas stabbilimenti li jagħtu masters irrikonoxxuti.


(1)  ĠU C 32, 02.02.2013