15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Salzburg — l-Awstrija) — Walter Vapenik vs Josef Thurner

(Kawża C-508/12) (1)

(Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (KE) Nru 805/2004 - Titolu Eżekuttiv Ewropew għad-debiti mhux ikkontestati - Kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni ta’ titolu eżekuttiv ta’ deċiżjoni - Sitwazzjoni li fiha tkun ġiet mogħtija deċiżjoni fl-Istat Membru tal-kreditur f’kawża bejn żewġ persuni li ma humiex impenjati f’attivitajiet kummerċjali jew professjonali)

2014/C 45/25

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Salzburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Walter Vapenik

Konvenut: Josef Thurner

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Landesgericht Salzburg — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [Titolu Eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 38) — Kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni ta’ titolu eżekuttiv ta’ deċiżjoni dwar kreditu mhux ikkontestat — Sitwazzjoni li fiha tkun ġiet mogħtija deċiżjoni fl-Istat Membru tal-kreditur f’kawża bejn żewġ konsumaturi

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [Titolu Eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għall-kuntratti konklużi bejn żewġ persuni li ma humiex impenjati f’attivitajiet kummerċjali jew professjonali.


(1)  ĠU C 46, 16.02.2013.