|
23.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 344/36 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Conseil national de l’ordre des médecins vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la Recherche, Ministre des Affaires sociales et de la Santé
(Kawża C-492/12) (1)
(Moviment liberu tal-persuni - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Direttiva 2005/36/KE - Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali - Professjoni ta’ dentist - Natura speċifika u distinzjoni mill-professjoni ta’ tabib - Taħriġ komuni)
2013/C 344/62
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Conseil national de l’ordre des médecins
Konvenuti: Ministre de l’Enseignement supérieur et de la Recherche, Ministre des Affaires sociales et de la Santé
Fil-preżenza ta’: Conseil national de l’ordre des chirurgiens-dentistes
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État (Franza) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 36 tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, p. 22) — Speċifiċità u distinzjoni tal-professjoni ta’ dentist meta mqabbla mal-professjoni ta’ tabib — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi formazzjoni universitarja komuni għall-istudenti tal-mediċina u tad-dentistrija — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni li twassal għall-prattika tal-istess speċjalità minn tobba u dentisti
Dispożittiv
|
(1) |
|
|
(2) |
Id-Direttiva 2005/36, kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1137/2008, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix li s-suġġetti li jaqgħu taħt il-qasam mediku jifformaw parti minn taħriġ speċjalizzat fil-qasam tad-dentistrija. |