11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour constitutionnelle — il-Belġju) — Institut professionnel des agents immobiliers (IPI) vs Geoffrey Englebert, Immo 9 SPRL, Grégory Francotte

(Kawża C-473/12) (1)

(Ipproċessar ta’ data personali - Direttiva 95/46/KE - Artikoli 10 u 11 - Obbligu ta’ informazzjoni - Artikolu 13(1)(d) u (g) - Eċċezzjonijiet - Portata tal-eċċezzjonijiet - Investigaturi privati li jaġixxu għall-organu li jissorvelja professjoni rregolata - Direttiva 2002/58/KE - Artikolu 15(1))

2014/C 9/19

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Institut professionnel des agents immobiliers (IPI)

Konvenuti: Geoffrey Englebert, Immo 9 SPRL, Grégory Francotte

Fil-preżenza ta’: Union professionnelle nationale des détectives privés de Belgique (UPNDP), Association professionnelle des inspecteurs et experts d’assurances ASBL (APIEA), Conseil des ministres

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour constitutionnelle (il-Belġju) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 11(1) u 13(1)(d) u (g) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355) kif ukoll tal-Artikolu 6(3) TUE — Armonizzazzjoni sħiħa? — Possibbiltà għal Stat Membru li jipprevedi limitazzjoni jew eċċezzjoni għall-obbligu ta’ informazzjoni immedjata tas-suġġett tad-data — Portata tal-eċċezzjoni għal dan l-obbligu — Inklużjoni tal-attivitajiet professjonali tal-investigaturi privati — Fil-każ ta’ risposta negattiva, kompatibbiltà tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 95/46/KE mal-Artikolu 6(3) TUE, iktar preċiżament mal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni

Dispożittiv

L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà u mhux l-obbligu li jittrasponu fid-dritt nazzjonali tagħhom waħda jew iktar mill-eċċezzjonijiet previsti minn dan l-artikolu għall-obbligu li s-suġġetti tad-data jiġu informati dwar l-ipproċessar tad-data personali tagħhom.

L-attività ta’ investigatur privat li jaġixxi għal organu professjonali sabiex jinvestiga ksur tal-kodiċi tal-etika ta’ professjoni rregolata, f’dan il-każ dik ta’ aġent ta’ proprjetà immobbli, taqa’ taħt l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 13(1)(d) tad-Direttiva 95/46.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013.