15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — HARK GmbH & Co KG Kamin- und Kachelofenbau vs Hauptzollamt Duisburg

(Kawża C-450/12) (1)

(Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi 7307 u 7321 - Settijiet ta’ pajpijiet għall-fuklari - Kunċetti ta’ “partijiet” ta’ fuklari u ta’ “tgħamir relatati mal-pajpijiet”)

2014/C 45/22

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HARK GmbH & Co KG Kamin- und Kachelofenbau

Konvenut: Hauptzollamt Duisburg

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008 (ĠU L 291, p. 1) — Interpretazzjoni tal-intestaturi 7307 u 7321 — Klassifikazzjoni tal-pajpijiet għall-fuklari

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni fil-verżjoni tiegħu li jirriżulta mir-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 1031/2008, tat-19 ta’ Settembru 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li sett ta’ pajpijiet għall-fuklar, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jinkludi pajp mgħawweġ f’anoglu rett, tal-azzar, b’dijametru estern ta’ 154 mm u b’dimensjonijiet esterni ta’ 495 mm x 595 mm, miksi b’verniċ reżistenti għal temperaturi għoljin u magħluq b’tapp sabiex ikun hemm għeluq li jippermetti tindif intern għandu jiġi kklassifikat fl-intestatura 7321 tan-NM Magħquda, bħala parti, tal-azzar, ta’ fuklar.


(1)  ĠU C 389, 15.12.2012