11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — Jan Sneller vs Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV

(Kawża C-442/12) (1)

(Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali - Direttiva 87/344/KEE - Artikolu 4(1) - Għażla libera tal-avukat mill-persuna assigurata - Klawżola prevista fil-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kuntratt li tiggarantixxi assistenza legali fi proċeduri ġudizzjarji u amministrattivi minn wieħed mill-impjegati tal-assiguratur - Spejjeż relatati mal-assistenza legali minn rappreżentant legali estern rimborsati biss fil-każ ta’ neċessità, evalwata mill-assiguratur, li t-trattament tal-kawża jiġi fdat lil rappreżentant legali estern)

2014/C 9/18

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jan Sneller

Konvenuta: DAS Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjiżi l-Baxxi — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE, tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 187).- Libertà ta’ għażla tal-avukat mill-persuna assigurata

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344, tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li assiguratur għall-protezzjoni ġuridika, li jipprovdi fil-kuntratti ta’ assigurazzjoni tiegħu li l-assistenza legali hija fil-prinċipju pprovduta mill-persunal tiegħu, jipprovdi wkoll li l-ispejjeż tal-assistenza legali ta’ avukat jew ta’ rappreżentant magħżul liberament mill-persuna assigurata jistgħu jiġu koperti biss jekk l-assiguratur iqis li t-trattament tal-kawża għandu jiġi ddelegat lil rappreżentant legali estern.

(2)

In-natura obbligatorja jew le tal-assistenza legali skont id-dritt nazzjonali fil-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi inkwistjoni ma għandhiex effett fuq ir-risposta mogħtija għall-ewwel domanda.


(1)  ĠU C 9, 12.1.2013.