10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-10 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – ACI Adam BV et vs Stichting de Thuiskopie, Stichting Onderhandelingen Thuiskopie vergoeding

(Kawża C-435/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 5(2)(b) u (5) - Dritt ta’ riproduzzjoni - Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet - Riproduzzjoni għal użu privat - Natura legali tal-oriġini tal-kopja - Direttiva 2004/48/KE - Kamp ta’ applikazzjoni))

2014/C 175/08

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ACI Adam BV, Alpha International BV, AVC Nederland BV, B.A.S. Computers & Componenten BV, Despec BV, Dexxon Data Media and Storage BV, Fuji Magnetics Nederland, Imation Europe BV, Maxell Benelux BV, Philips Consumer Electronics BV, Sony Benelux BV, Verbatim GmbH

Konvenuti: Stichting de Thuiskopie, Stichting Onderhandelingen Thuiskopie vergoeding

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Hoge Raad der Nederlanden – Il-Pajjiżi l-Baxxi – Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(2) u (5) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230) u tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32) – Dritt ta’ riproduzzjoni – Eċċezzjonijiet u limiti – Rispett tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali – Spejjeż ġudizzjarji – Kamp ta’ applikazzjoni

Dispożittiv

1)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, moqri flimkien mal-paragrafu 5 ta’ dan l-artikolu, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tagħmilx distinzjoni bejn is-sitwazzjoni fejn is-sors li minnu ssir riproduzzjoni għal użu privat huwa legali u dik fejn dan is-sors huwa illegali.

2)

Id-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tapplikax għal proċedura, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-persuni suġġetti għal ħlas tal-kumpens ġust jitolbu lill-qorti tar-rinviju tiddeċiedi kontra l-organizzazzjoni inkarigata mill-ġbir u mit-tqassim ta’ dan il-kumpens bejn id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur, li qed tiddefendi ruħha kontra din it-talba.


(1)  ĠU C 399, 22.12.2012.