14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Inalta Curte de Casație și Justiție — ir-Rumanija) — Agenția Națională de Administrare Fiscală vs SC Rafinăria Steaua Română SA

(Kawża C-431/12) (1)

(Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Rimbors tal-VAT eċċessiva permezz tat-tpaċija - Annullament tal-avviżi ta’ tpaċija - Obbligu li jitħallsu l-interessi moratorji lill-persuna taxxabbli)

2013/C 367/32

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Inalta Curte de Casație și Justiție

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenția Națională de Administrare Fiscală

Konvenuta: SC Rafinăria Steaua Română SA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Inalta Curte de Casație și Justiție — Interpretazzjoni tal-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Ħlas lura tal-VAT eċċessiva permezz ta’ tpaċija — Obbligu tal-awtoritajiet fiskali li jħallsu l-interessi moratorji f’każ ta’ annullament tal-avviż ta’ tpaċija minn qorti

Dispożittiv

L-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi sitwazzjoni fejn, persuna taxxabbli li tkun talbet ir-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud eċċessiva mħallsa bil-quddiem fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud li tkun dovuta minnha, ma tkunx tista’ tikseb, mingħand l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, interessi moratorji fuq rimbors imwettaq b’mod tardiv minn din l-amministrazzjoni, għal perijodu li matulu kienu fis-seħħ atti amministrattivi li jeskludu r-rimbors, u li sussegwentement kienu ġew annullati permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja.


(1)  ĠU C 399, 22.12.2012.