29.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich — l-Awstrija) — proċedura mibdija minn Susanne Sokoll-Seebacher

(Kawża C-367/12) (1)

(Libertà ta’ stabbiliment - Saħħa pubblika - Artikolu 49 TFUE - Spiżeriji - Provvista xierqa ta’ prodotti mediċinali lill-popolazzjoni - Awtorizzazzjoni għall-operat - Tqassim territorjali tal-ispiżeriji - Limiti stabbiliti essenzjalment abbażi ta’ kriterju demografiku - Distanza minima bejn l-ispiżeriji)

2014/C 93/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich

Partijiet fil-kawża prinċipali

Susanne Sokoll-Seebacher

Fil-preżenza ta’: Agnes Hemetsberger, aventi kawża ta’ Susanna Zehetner

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich — Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE, kif ukoll tal-Artikoli 16 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-għoti ta’ konċessjoni għall-ġestjoni ta’ spiżerija għal evalwazzjoni tal-ħtiġijiet tas-suq ibbażata fuq numru ta’ kriterji kumplessi u kważi imprevedibbli.

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE, b’mod partikolari r-rekwiżit ta’ koerenza sabiex jintlaħaq l-għan imfittex, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi, bħala kriterju essenzjali sabiex tiġi vverifikata l-eżistenza ta’ bżonn għall-istabbiliment ta’ spiżerija ġdida, limitu riġidu ta’ “persuni li dejjem għandhom jiġu fornuti”, sa fejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jkollhomx il-possibbiltà li jidderogaw minn dan il-limitu biex ikunu jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi partikolari lokali.


(1)  ĠU C 331, 27.10.2012.