14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-344/12) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mir-Repubblika Taljana favur Alcoa Trasformazioni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/460/KE li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ din l-għajnuna u li tordna l-irkupru tagħha - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni fit-terminu stabbilit)

2013/C 367/30

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte u D. Grespan, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn C. Gerardis, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8112 finali, tad-19 ta’ Novembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat C 38/A/2004 (ex NN 58/2004) u C 36/B/2006 (ex NN 38/2006), implimentati mir-Repubblika Taljana favur Alcoa Trasformazioni srl kif ukoll il-ksur tal-Artikolu 288 TFUE

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx, fit-terminu stabbilit, il-miżuri kollha neċessarji bil-għan li tirkupra mingħand il-benefiċjarju tal-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/460/KE, tad-19 ta’ Novembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat C 38/A/04 (ex NN 58/04) u C 36/B/06 (ex NN 38/06), implimentati mill-Italja favur Alcoa Trasformazioni, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-deċiżjoni.

(2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 287, 22.09.2012.