28.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Marzu 2014 – Pi-Design AG, Bodum France SAS, Bodum Logistics A/S vs Yoshida Metal Industry Co. Ltd, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawżi magħquda C-337/12 P sa C-340/12 P) (1)

((Appell - Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni ta’ sinjali li jikkonsistu f’wiċċ b’tikek suwed - Dikjarazzjoni ta’ invalidità - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1)(e)(ii) - Żnaturament tal-provi))

2014/C 129/02

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Pi-Design AG, Bodum France SAS, Bodum Logistics A/S (rappreżentant: H. Pernez, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Yoshida Metal Industry Co. Ltd (rappreżentanti: S. Verea, K. Muraro u M. Balestriero, avukati), L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Appelli mis-sentenzi tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tat-8 ta’ Mejju 2012, – Yoshida Metal Industry vs UASI – Pi-Design et (T-331/10 u T-416/10), li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjonijiet R 1235/2008-1 u R 1237/2008-1, tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-20 ta’ Mejju 2010, li jannullaw id-deċiżjonijiet tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li jiċħdu t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, imressqa minn Pi-Design (T-331/10) u minn Pi-Design, Bodum France u minn Bodum Logistics A/S (T-416/10), ta’ trade mark figurattiva li tirrappreżenta wiċċ miksi b’diski suwed, għal prodotti fil-klassijiet 8 u 21 – Interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja – Sinjal li jikkonsisti esklużivament fil-forma tal-prodott li hija neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku

Dispożittiv

1)

Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat-8 ta’ Mejju 2012, Yoshida Metal Industry vs UASI – Pi-Design et (Rappreżentazjoni ta’ wiċċ trijangolari b’tikek suwed (T-331/10), u Yoshida Metal Industry vs UASI – Pi-Design et (Rappreżentazzjoni ta’ wiċċ b’tikek suwed) (T-416/10), huma annullati.

2)

Il-kawżi huma rrinvijati quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 295, 29.09.2012.