8.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 439/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Rita van Caster, Patrick van Caster vs Finanzamt Essen-Süd
(Kawża C-326/12) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 63 TFUE - Tassazzjoni tad-dħul li jirriżulta minn fondi ta’ investiment - Obbligu ta’ komunikazzjoni u ta’ pubblikazzjoni ta’ ċerta informazzjoni minn fond ta’ investiment - Tassazzjoni b’rata fissa tad-dħul li jirriżulta minn fondi ta’ investiment li ma jikkonformawx ruħhom mal-obbligi ta’ komunikazzjoni u ta’ pubblikazzjoni))
(2014/C 439/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rita van Caster, Patrick van Caster
Konvenut: Finanzamt Essen-Süd
Dispożittiv
L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li n-nuqqas ta’ osservanza minn fond ta’ investiment mhux residenti tal-obbligi ta’ komunikazzjoni u ta’ pubblikazzjoni ta’ ċerta informazzjoni prevista minn din il-leġiżlazzjoni, applikabbli mingħajr distinzjoni għall-fondi residenti u mhux residenti, tagħti lok għal tassazzjoni b’rata fissa tad-dħul li l-persuna taxxabbli tirċievi mill-imsemmi fond ta’ investiment, sa fejn l-imsemmija leġiżlazzjoni ma tippermettix lil din il-persuna taxxabbli tipprovdi elementi jew informazzjoni li jistabbilixxu l-ammont effettiv ta’ dan id-dħul.