7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret — id-Danimarka) — Metro Cash & Carry Danmark ApS vs Skatteministeriet

(Kawża C-315/12) (1)

(Dazju tas-sisa - Direttiva 92/12/KEE - Artikoli 7 sa 9 - Direttiva 2008/118/KE - Artikoli 32 sa 34 - Ċaqliq fil-Komunità ta’ prodotti suġġetti għas-sisa - Regolament (KEE) Nru 3649/92 - Artikoli 1 u 4 - Dokument ta’ sostenn simplifikat - Kopja 1 - Attività ta’ “cash & carry” - Prodotti mqiegħda għall-konsum fi Stat Membru u miżmuma għal raġunijiet kummerċjali fi Stat Membru ieħor jew prodotti mixtrija mill-individwi għall-użu proprju tagħhom u ttrasportati minnhom stess - Spirti - Assenza ta’ obbligu ta’ verifika mill-fornitur)

2013/C 260/30

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Metro Cash & Carry Danmark ApS

Konvenut: Skatteministeriet

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Højesteret — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179), u tal-Artikolu 34(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li [t]ħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, p. 12), kif ukoll tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3649/92, tas-17 ta’ Diċembru 1992, dwar dokument ta’ sostenn simplifikat għall-ispostament ta’ ġewwa l-Komunità ta’ prodotti soġġetti għat-taxxa tas-sisa li ġew mogħtija għall-konsum fl-Istat Membru ta’ dispaċċ (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 216) — Dazju tas-sisa — Prodotti akkwistati mill-individwi għall-użu proprju tagħhom — Obbligu jew le għal impriża fi Stat Membru li tiżgura ruħha li tirċievi l-Kopja 1 tad-dokument ta’ sostenn simplifikat matul il-bejgħ ta’ alkoħol fil-ħwienet tagħha fl-imsemmi Stat Membru lil ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn li jagħmlu l-akkwisti tagħhom billi jippreżentaw il-kard tal-ħanut maħruġa f’isem impriżi bbażati fi Stati Membri oħrajn u fil-każijiet fejn ix-xorb alkoħoliku jingħata lid-detentur tal-kard billi jiġi kkunsinjat lilu fil-ħanut stess sabiex jittrasportah huwa stess fl-Istat Membru fejn huwa residenti

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 7 sa 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/108/KEE, tal-14 ta’ Diċembru 1992, kif ukoll l-Artikoli 1 u 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3649/92, tas-17 ta’ Diċembru 1992, dwar dokument ta’ sostenn simplifikat għall-ispostament ta’ ġewwa l-Komunità ta’ prodotti soġġetti għat-taxxa tas-sisa li ġew mogħtija għall-konsum fl-Istat Membru ta’ dispaċċ, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jimponux fuq operatur ekonomiku, bħalma huwa dak fil-kawża prinċipali, li jivverifika jekk ix-xerrejja li joriġinaw minn Stati Membri oħra għandhomx l-intenzjoni li jimportaw il-prodotti suġġetti għas-sisa fi Stat Membru ieħor u, jekk dan ikun il-każ, jekk tali importazzjoni titwettaqx għal skopijiet privati jew għal skopijiet kummerċjali.

(2)

L-Artikoli 32 sa 34 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li [t]ħassar id-Direttiva 92/12/KEE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jagħmlux emendi sostanzjali lill-Artikoli 7 sa 9 tad-Direttiva 92/12, kif emendata bid-Direttiva 92/108, li jiġġustifikaw, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, risposta differenti minn dik tal-ewwel domanda.

(3)

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/12, kif emendata bid-Direttiva 92/108, għandu jiġi interpretat fis-sens li jista’ jkopri x-xiri ta’ prodotti suġġetti għas-sisa f’ċirkustanzi bħalma huma dawk fil-kawża prinċipali, meta dawn il-prodotti jinxtraw minn individwi, għall-użu proprju tagħhom u huma ttrasportati minnhom stess, liema ħaġa huma l-awtoritajiet nazzjonali li għandhom jivverifikaw każ b’każ.


(1)  ĠU C 258, 25.08.2012.