22.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Liège — il-Belġju) — Guido Imfeld, Nathalie Garcet vs État belge

(Kawża C-303/12) (1)

(Libertà ta’ stabbiliment - Ugwaljanza fit-trattament - Taxxa fuq id-dħul - Leġiżlazzjoni dwar ħelsien minn taxxa doppja - Dħul miksub fi Stat minbarra l-Istat ta’ residenza - Metodu ta’ eżenzjoni b’riżerva ta’ progressività fl-Istat ta’ residenza - Teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni personali u familjari - Telf ta’ ċerti vantaġġi fiskali marbuta mas-sitwazzjoni persunali u familjari tal-ħaddiem)

2014/C 52/23

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Guido Imfeld, Nathalie Garcet

Konvenut: État belge

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de première instance de Liège — Interpretazzjoni tal-Artikolu 39 KE — Dispożizzjonijiet nazzjonali u ta’ ftehim dwar it-taxxa doppja — Dħul professjonali integralment miksub u intaxxat fi Stat Membru ieħor li ma huwiex l-Istat ta’ residenza — Teħid inkunsiderazzjoni parzjali tas-sitwazzjoni personali u familjari fl-Istat fejn joriġina d-dħul — Kalkolu tat-taxxa fuq id-dħul fl-Istat ta’ residenza skont il-metodu ta’ eżenzjoni bit-tassazzjoni progressiva — Telf ta’ inċentivi fiskali marbuta mas-sitwazzjoni personali u familjari

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandha bħala effett li ċċaħħad lil koppja li tirrisjedi f’dan l-Istat u li tikseb kemm dħul fl-imsemmi Stat kif ukoll fi Stat Membru ieħor mill-benefiċċju effettiv ta’ vantaġġ fiskali speċifiku, minħabba l-metodi ta’ tnaqqis tagħha, meta din il-koppja tkun tibbenefika minn dan il-vantaġġ li kieku l-konjuġi bl-ogħla dħul ma kienx jikseb id-dħul kollu tiegħu fi Stat Membru ieħor.


(1)  ĠU C 287, 22.9.2012