22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Finanzamt Düsseldorf-Mitte vs Ibero Tours GmbH

(Kawża C-300/12) (1)

(Taxxa fuq il-valur miżjud - Tranżazzjonijiet ta’ aġenti tal-ivvjaġġar - Għoti ta’ roħs lil vjaġġaturi - Determinazzjoni tal-valur taxxabbli tas-servizzi pprovduti fil-kuntest ta’ attività ta’ intermedjarju)

2014/C 85/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finanzamt Düsseldorf-Mitte

Konvenuta: Ibero Tours GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11Ċ(1) u tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Tranżazzjonijiet tal-aġenziji tal-ivvjaġġar — Għoti ta’ roħs lil min jivvjaġġa, li jwassal għal tnaqqis fil-kummissjoni tal-aġenzija tal-ivvjaġġar — Determinazzjoni tal-valur taxxabbli tas-servizz ta’ intermedjarju

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-prinċipji ddefiniti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tal-24 ta’ Ottubru 1996, Elida Gibbs (C-317/94) dwar id-determinazzjoni tal-valur taxxabbli tat-taxxa fuq il-valur miżjud ma japplikawx meta aġenzija tal-ivvjaġġar, waqt li taġixxi fil-kwalità ta’ intermedjarja, tagħti lill-konsumatur finali, fuq inizjattiva u bi spejjeż tagħha stess, tnaqqis tal-prezz fuq is-servizz prinċipali pprovdut mill-organizzatur tal-ġiti turistiċi.


(1)  ĠU C 287, 22.09.2012.