7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud — ir-Repubblika Ċeka) — Green Swan Pharmaceuticals CR, a.s. vs Státní zemědělská a potravinářská inspekce, ústřední inspektorát

(Kawża C-299/12) (1)

(Protezzjoni tal-konsumaturi - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel - Punt 6 tal-Artikolu 2(2) - Kunċett ta’ “indikazzjoni ta’ tnaqqis ta’ riskju ta’ mard” - Artikolu 28(2) - Prodotti li juru trade marks jew marki tad-ditta - Miżuri tranżitorji)

2013/C 260/29

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Green Swan Pharmaceuticals CR, a.s.

Konvenuti: Státní zemědělská a potravinářská inspekce, ústřední inspektorát

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Nejvyšší správní soud — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(3), 2(2)(6) u 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, (ĠU L 404, p 9) — Kunċett ta’ “stqarrija ta’ tnaqqis ta’ riskju ta’ mard” — Stqarrija li tidher fuq l-imballaġġ tal-prodott, skont liema stqarrija “dan il-prodott fih supplement tal-kalċju u vitamina D3, li jikkontribwixxi sabiex inaqqas fattur ta’ riskju ta’ żvilupp ta’ osteoporożi u ta’ ksur”

Dispożittiv

(1)

Il-punt 6 tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2010, tad 9 ta’ Frar 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi kkwalifikata bħala “indikazzjoni ta’ tnaqqis ta’ riskju ta’ mard”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, indikazzjoni dwar is-saħħa ma għandhiex neċessarjament tindika espliċitament li l-konsum ta’ kategorija ta’ prodotti tal-ikel, ta’ prodott tal-ikel jew ta’ wieħed mill-komponenti tiegħu inaqqas b’mod “sinifikanti” fattur ta’ riskju ta’ żvilupp ta’ marda tal-bniedem.

(2)

L-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 1924/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 116/2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li komunikazzjoni ta’ natura kummerċjali li tinsab fl-imballaġġ ta’ prodott tal-ikel jista’ jikkostitwixxi trade mark jew marka tad-ditta, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, bil-kundizzjoni li tkun protetta, bħala tali trade mark jew marka tad-ditta, bil-leġiżlazzjoni applikabbli. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika, fir-rigward tal-punti kollha ta’ fatt u ta’ liġi li jikkaratterizzaw il-kawża li biha hija adita, jekk tali komunikazzjoni hijiex effettivament trade mark jew marka tad-ditta hekk protetta.

(3)

L-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 1924/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 116/2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jirreferi biss għall-prodotti tal-ikel li għandhom trade mark jew marka tad-ditta li għandhom jiġu kkunsidrati bħala indikazzjoni nutrizzjonali jew dwar is-saħħa fis-sens ta’ dan ir-regolament u li kienu jeżistu taħt din il-forma qabel l-1 ta’ Jannar 2005.


(1)  ĠU C 273, 8.9.2012