14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Gelsenkirchen — il-Ġermanja) — Michael Schwarz vs Stadt Bochum

(Kawża C-291/12) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Passaport bijometriku - Marki tas-swaba’ diġitali - Regolament (KE) Nru 2252/2004 - Artikolu 1(2) - Validità - Bażi legali - Proċedura ta’ adozzjoni - Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata - Dritt għall-protezzjoni tad-data personali - Proporzjonalità)

2013/C 367/29

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Gelsenkirchen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Michael Schwarz

Konvenuta: Stadt Bochum

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Gelsenkirchen — Validità tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 153M, 07.06.2006, p. 375), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Mejju 2009 (ĠU L 142, p. 1), kif emendat (ĠU L 188, p. 127), fid-dawl tal-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali — Dritt ta’ persuna li tingħata passaport mingħajr ma l-marki tas-swaba’ tagħha jkunu rreġistrati f’format diġitali

Dispożittiv

Mill-eżami tad-domanda magħmula ma rriżultaw ebda elementi ta’ natura li jolqtu l-validità tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2252/2004, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009.


(1)  ĠU C 273, 08.09.2012.