|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 225/36 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2013 — Ryanair Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Taljana, Alitalia — Compagnia Aerea Italiana SpA
(Kawża C-287/12 P P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Self mogħti mir-Repubblika Taljana lill-kumpannija tal-ajru Alitalia - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u inkompatibbli - Bejgħ tal-attiv tal-Alitalia - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna fi tmiem il-fażi preliminari ta’ eżami - Rikors għal annullament - Locus standi - Parti interessata - Ammissibbiltà - Diffikultajiet serji - Kompetenza - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2013/C 225/61
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Ryanair Ltd (rappreżentanti: E. Vahida, avukat, I.-G. Metaxas-Maragkidis, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u D. Grespan, aġenti), ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent u P. Gentili, avvocato dello Stato), Alitalia — Compagnia Aerea Italiana SpA (rappreżentant: G. Bellitti, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Marzu 2012, Ryanair Ltd vs Il-Kummissjoni (T-123/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal Kummissjoni C(2008) 6743, tat-12 ta’ Novembru 2008, dwar is-self ta’ EUR 300 miljun mogħti mill-Italja lill-kumpannija tal-ajru Alitalia [Għajnuna C-26/08 (ex NN 31/08)] (ĠU 2009, L 52, p. 3), sa fejn din ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna mingħand is-suċċessuri tal-Alitalia, u kif ukoll, min-naħa l-oħra, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 6745 finali tat-12 ta’ Novembru 2008, li tiddikjara li l-proċedura għall-bejgħ tal-attiv tal-Alitalia fil-kuntest tal-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja li twassal għal-istralċ tal-imsemmija kumpannija tal-ajru ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, sakemm l-awtoritajiet Taljani jissodisfaw l-impenji tagħhom li jiżguraw li t-tranżazzjonijiet ser isiru bi prezzijiet tas-suq (Għajnuna N 510/2008, ĠU C 46, p. 6)
Dispożittiv
|
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
(2) |
Ryanair Ltd hija kkundannata, minbarra għall-ispejjiż tagħha, għall-ispejjeż imġarrba mill-Kummissjoni Ewropea u minn Alitalia — Compagnia Aerea Italiana SpA. |
|
(3) |
Ir-Repubblika Taljana tbati l-ispejjeż tagħha. |