22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Jannar 2014 — Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-270/12) (1)

(Regolament (UE) Nru 236/2012 - Bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ skambju ta’ inadempjenza tal-kreditu - Artikolu 28 - Validità - Bażi legali - Setgħat ta’ intervent mogħtija lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq f’ċirkustanzi eċċezzjonali)

2014/C 85/06

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: A. Robinson, aġent assistit minn J. Stratford QC, u minn A. Henshaw, barrister)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Neergaard u R. Van de Westelaken kif ukoll minn D. Gauci u A. Gros-Tchorbadjiyska, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Legal u A. De Elera kif ukoll minn E. Dumitriu-Segnana, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas u E. Ranaivoson, aġenti), ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn F. Urbani Neri, avvocato dello Stato), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. van Rijn, B. Smulders u C. Zadra kif ukoll minn R. Vasileva, aġenti)

Suġġett

Rikors għal annullament — Validità tal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2012, dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (ĠU L 86, p. 1) — Bilanċ istituzzjonali — Ksur tal-kundizzjonijet stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-delega tas-setgħat lill-aġenziji — Ksur tal-Artikoli 290 u 291 TFUE — Ksur tal-Artikolu 114 TFUE — Għoti ta’ setgħat ta’ intervent lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) — Marġni ta’ diskrezzjoni mogħtija lill-AETS f’dak li jirrigwarda n-neċessità tal-intervent tagħha u l-miżuri li għandhom jiġu adottati — Natura tal-miżuri li jistgħu jiġu adottati mill-AETS

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 273, 8.9.2012.