14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen — l-Isvezja) — Billerud Karlsborg AB, Billerud Skärblacka AB vs Naturvårdsverket

(Kawża C-203/12) (1)

(Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra - Multa fuq l-eċċess tal-emissjonijiet - Kunċett ta’ eċċess tal-emissjonijiet - Assimilazzjoni ma’ nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ restituzzjoni, fit-termini previsti mid-Direttiva, ta’ numru ta’ kwoti suffiċjenti sabiex ikopri l-emissjonijiet tas-sena preċedenti - Assenza ta’ kawża ta’ eżenzjoni fil-każ ta’ dispożizzjoni effettiva ta’ kwoti li ma ġewx irrestitwiti, ħlief forza maġġuri - Impossibbiltà ta’ modulazzjoni tal-multa - Proporzjonalità)

2013/C 367/20

Lingwa tal-kawża: L-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Billerud Karlsborg AB, Billerud Skärblacka AB

Konvenut: Naturvårdsverket

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Högsta domstolen — Interpretazzjoni tal-Artikolu 16(3) u (4) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631) — Sanzjonijiet previsti mid-Direttiva — Obbligu għall-operatur li ma jirrestitwixxix numru ta’ kwoti suffiċjenti sabiex ikopri l-emissjonijiet tiegħu l-iktar tard sat-30 ta’ April ta’ kull sena, li jħallas multa, anki jekk in-nuqqas ta’ restituzzjoni huwa dovut għal negliġenza, żball amministrattiv jew għal problema teknika — Possibbiltà jew nuqqas ta’ possibbiltà li tingħata remissjoni tal-multa jew tnaqqis tal-ammont tagħha

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 16(3) u (4) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, jipprekludi li l-operatur li ma jkunx irrestitwixxa sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April tas-sena kurrenti l-kwoti tal-ekwivalenti tad-dijossidu tal-karbonju li jikkorrispondu għall-emissjonijiet tiegħu tas-sena li tkun għaddiet jaħrab l-impożizzjoni tal-multa fuq l-eċċess tal-emissjonijiet prevista, u dan anki jekk f’din id-data huwa jkollu numru suffiċjenti ta’ kwoti;

(2)

L-Artikolu 16(3) u (4) tad-Direttiva 2003/87 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ammont tal-multa fissa prevista f’din id-dispożizzjoni ma jistax jiġi mmodifikat mill-qorti nazzjonali f’isem il-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  ĠU C 184, 23.06.2012