|
22.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 52/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Gerechtshof ’s-Gravenhage — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — Innoweb BV vs Wegener ICT Media BV, Wegener Mediaventions BV
(Kawża C-202/12) (1)
(Direttiva 96/9/KE - Protezzjoni legali tad-databases - Artikolu 7(1) u (5) - Dritt sui generis tal-persuna li tkun ħolqot database - Kunċett ta’ “użu mill-ġdid” - Parti sostanzjali tal-kontenut tad-database - Metamutur ta’ tfittxija speċifiku)
2014/C 52/14
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof Den Haag, li kienet Gerechtshof ’s-Gravenhage
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Innoweb BV
Konvenuti: Wegener ICT Media BV, Wegener Mediaventions BV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Gerechtshof te ’s-Gravenhage — Il-Pajjiżi l-Baxxi — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1) u (5) tad-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta’ databases (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 459) — Dritt ta’ produttur ta’ database li jipprojbixxi l-estrazzjoni u/jew l-użu mill-ġdid ta’ parti sostanzjali tal-kontenut tad-database — Projbizzjoni tal-użu mill-ġdid ripetittiv u sistematiku ta’ partijiet mhux sostanzjali tal-kontenut ta’ database li jimplika atti li jmorru kontra l-użu normali ta’ din id-database, jew li jikkawżaw preġudizzju indebitu għall-interessi leġittimi tal-manifattur tad-database — Natura adegwata ta’ użu mill-ġdid ripetittiv jew kundizzjoni kumulattiva ta’ użu mill-ġdid sistematiku — Użu mill-ġdid permezz ta’ sistema awtomatizzata
Dispożittiv
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta’ databases, għandu jiġi interpretat fis-sens li operatur li jqiegħed online fuq l-internet metamutur ta’ tfittxija speċifiku bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jwettaq użu mill-ġdid tal-kontenut kollu, jew ta’ parti sostanzjali minnu, ta’ database protetta mill-Artikolu 7 sakemm dan il-metamutur ta’ tfittxija speċifiku:
|
— |
jipprovdi lill-utent formola ta’ tfittxija li toffri, essenzjalment, l-istess karatteristiċi bħall-formola tad-database; |
|
— |
jittraduċi “fi żmien reali” t-talbiet tal-utenti finali fil-mutur ta’ tfittxija li bih hija mgħammra d-database, b’mod li d-data kollha ta’ din il-bażi tiġi esplorata; u |
|
— |
jippreżenta lill-utent finali r-riżultati misjuba fil-parti esterna tas-sit tal-internet tiegħu, bil-ġbir tad-duplikati f’element wieħed biss, iżda f’ordni bbażat fuq kriterji li huma paragunabbli għal dawk użati mill-mutur ta’ tfittxija tad-database kkonċernata biex jiġu ppreżentati r-riżultati. |