14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg- il-Lussemburgu) — Caisse nationale des prestations familiales vs Salim Lachheb, Nadia Lachheb

(Kawża C-177/12) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Benefiċċju tal-familja - Bonus għall-ulied - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-għoti ta’ benefiċċju bħala bonus awtomatiku għall-ulied - Nuqqas ta’ kumulu tal-benefiċċji tal-familja)

2013/C 367/16

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caisse nationale des prestations familiales

Konvenuti: Salim Lachheb, Nadia Lachheb

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(u)(i), 3, 4(1)(h), u 76 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 18 u 45 TFUE, 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15), u 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 83) — Kunċett ta’ “benefiċċju tal-familja” — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-għoti ta’ benefiċċju għal kull wild dipendenti fil-forma ta’ tnaqqis tat-taxxa lill-ħaddiema li jwettqu l-attività professjonali tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor — Ugwaljanza fit-trattament — Sospensjoni tal-għoti tal-benefiċċju tal-familja fl-Istat tal-impjieg sal-ammont tal-benefiċċju previst mil-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza — Regoli antikumulu

Dispożittiv

L-Artikoli 1(u)(i) u 4(1)(h) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal 14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għall-persuni impjegati, u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005, għandhom jiġu interpretati fis-sens li benefiċċju bħall-bonus għall-ulied introdott bil-Liġi tal-21 ta’ Diċembru 2007 dwar il-bonus għall-ulied jikkostitwixxi benefiċċju tal-familja fis-sens ta’ dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 200, 7.7.2012