3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/31


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Mejju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny — il-Polonja) — TNT Express Worldwide (Poland) Sp. z o.o. vs Minister Finansów

(Kawża C-169/12) (1)

(Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 66(a) sa (ċ) - Provvista ta’ servizzi ta’ trasport u ta’ kunsinna - Impożizzjoni - Data li fiha jiġi riċevut il-ħlas u mhux iktar tard mit-tletin jum wara l-provvista - Ħruġ minn qabel tal-fattura)

2013/C 225/51

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TNT Express Worldwide (il-Pollonja) Sp. z o.o.

Konvenut: Minister Finansów

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Naczelny Sad Administracyjny (il-Polonja) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 66 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1), kif emendata — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tiddetermina l-mument meta għandha tiġi imposta l-VAT marbuta mal-provvista ta’ servizzi ta’ trasport u ta’ kunsinna bħala l-jum meta jiġi riċevut il-prezz u mhux iktar tard mit-tletin jum wara l-provvista, u dan anki fil-każ li l-fattura tinħareġ qabel

Dispożittiv

L-Artikolu 66 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/117/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li t-taxxa fuq il-valur miżjud għandha tiġi imposta, għas-servizzi ta’ trasport u ta’ kunsinna, fid-data li fiha jiġi riċevut il-ħlas sħiħ jew parzjali iżda mhux iktar tard minn tletin jum mid-data li fiha jiġu pprovduti dawn is-servizzi, u dan anki meta l-fattura tinħareġ qabel u tindika terminu sussegwenti għall-ħlas.


(1)  ĠU C 209, 14.7.2012.