14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Ottubru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill

(Kawżi Magħquda C-137/12) (1)

(Rikors għal annullament - Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/853/UE - Konvenzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni legali tas-servizzi bbażati fuq, jew li jikkonsistu minn, aċċess kundizzjonali - Direttiva 98/84/KE - Bażi legali - Artikolu 207 TFUE - Politika kummerċjali komuni - Artikolu 114 TFUE - Suq intern)

2013/C 367/13

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Cujo, I. Rogalski, R. Vidal Puig u D. Stefanov, aġenti)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Liudvinaviciute-Cordeiro, J.-P. Hix u H. Legal, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Warin u J. Rodrigues, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta fil-kawża: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, N. Rouam u D. Colas, aġenti); Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, M. Bulterman u M. de Ree, aġenti); Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u M. Szpunar, aġenti); Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u C. Stege, aġenti); ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: A. Robinson, aġent assistit minn G. Facenna, barrister)

Suġġett

Rikors għal annullament — Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/853/UE, tad-29 ta’ Novembru 2011, dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni Legali tas-Servizzi ibbażata fuq, jew tikkonsisti minn Aċċess Kondizzjonali (ĠU L 336, p. 1.) — Għażla tal-bażi legali — Sostituzzjoni tal-bażi legali proposta fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni b’bażi oħra, marbuta mal-istabbiliment u mal-funzjonament tas-suq intern — Għan tal-promozzjoni tas-servizzi ta’ aċċess kundizzjonali bejn l-Unjoni u pajjiżi Ewropej oħra — Ksur tal-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/853/UE, tad-29 ta’ Novembru 2011, dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni Legali tas-Servizzi bbażata fuq, jew tikkonsisti minn Aċċess Kondizzjonali, hija annullata.

(2)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2011/853 jinżammu sad-dħul fis-seħħ, f’terminu raġonevoli li ma għandux jaqbeż is-sitt xhur, ta’ deċiżjoni ġdida bbażata fuq bażijiet legali xierqa.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(4)

Ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Renju tal-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 151, 26.05.2012.