7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Plovdiv — il-Bulgarija) — AES-3C MARITZA EAST 1 EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-124/12) (1)

(Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 168(a) u 176 - Dritt għal tnaqqis - Spejjeż li jirrigwardaw l-akkwist ta’ oġġetti u l-provvista ta’ servizzi intiżi għall-persunal - Persunal imqiegħed għad-dispożizzjoni tal-persuna taxxabbli li tinvoka d-dritt għal tnaqqis iżda impjegat minn persuna taxxabbli oħra)

2013/C 260/21

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Plovdiv

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AES-3C MARITZA EAST 1 EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad Plovdiv — Interpretazzjoni tal-Artikoli 168(a) u 176 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Kamp ta’ applikazzjoni — Limitazzjoni tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Kumpannija li ma għandhiex il-persunal tagħha stess, iżda li tikri ħaddiema full time permezz ta’ kuntratt ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-persunal impjegat ma’ kumpannija oħra — Rifjut tad-dritt li tnaqqas il-VAT għall-provvista ta’ servizzi ta’ trasport, ta’ ħwejjeġ tax-xogħol u ta’ mezzi ta’ protezzjoni għall-ħaddiema kif ukoll għall-ispejjeż għall-missjonijiet tal-ħaddiema, minħabba li s-servizzi huma pprovduti mingħajr ħlas lil persuni fiżiċi li jaħdmu għall-kumpannija mingħajr ma huma impjegati minnha

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 168(a) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 176 tad Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabilixxi li persuna taxxabbli li ssostni spejjeż għal servizzi ta’ trasport, ta’ ħwejjeġ tax-xogħol, ta’ mezzi ta’ protezzjoni u ta’ missjonijiet ta’ persuni li jaħdmu għal din il-persuna taxxabbli ma għandhiex dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud relatata ma’ dawn l-ispejjeż, minħabba li l-imsemmija persuni jkunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha minn entità oħra u ma jistgħux għalhekk jitqiesu, fis-sens ta’ din il-leġiżlazzjoni, li jkunu membri tal-persunal tal-persuna taxxabbli, minkejja li l-imsemmija spejjeż jistgħu jitqiesu li huma marbuta b’mod dirett u immedjat mal-ispejjeż ġenerali marbuta mal-attivitajiet ekonomiċi kollha tal-imsemmija persuna taxxabbli.

(2)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li, fil-mument tal-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni, Stat Membru jintroduċi limitazzjoni għad-dritt għat tnaqqis skont dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali li tipprovdi l-esklużjoni tad-dritt għat tnaqqis ta’ oġġetti u ta’ servizzi intiżi għal kunsinni jew provvisti mingħajr ħlas jew għal attivitajiet li ma jkunux parti mill-attività ekonomika tal-persuna taxxabbli, meta din l-esklużjoni ma tkunx prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ sad-data ta’ din l-adeżjoni.

Hija l-qorti nazzjonali li għandha tinterpreta d-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn huwa possbbli, skont id-dritt tal-Unjoni. Fil-każ li tali interpretazzjoni ma tkunx possibbli, il-qorti nazzjonali għandha tiddeżisti milli tapplika dawn id-dispożizzjonijiet minħabba inkompattibbiltà mat-tieni subparagrafu tal Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112.


(1)  ĠU C 151, 26.05.2012.