23.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 344/25


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2013 — Bernhard Rintisch vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Valfleuri Pâtes alimentaires SA

(Kawża C-122/12 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 74(2) - Regolament (KE) Nru 2868/95 - L-ewwel u t-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) - Oppożizzjoni tal-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti - Eżistenza tat-trade mark - Provi prodotti insostenn tal-oppożizzjoni wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit għal dan il-għan - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell - Dispożizzjoni kuntrarja - Ċirkustanzi li jipprekludu t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi addizzjonali jew supplimentari)

2013/C 344/42

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Bernhard Rintisch (rappreżentant: A Dreyer, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent), Valfleuri Pâtes alimentaires SA (rappreżentant: F. Baujoin, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2011, Rintisch vs UASI — Valfleuri Pâtes alimentaires (T-152/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għall-annullament ippreżentat mill-proprjetarju ta’ ċerti trade marks verbali, Komunitarja u nazzjonali, ta’ trade mark figurattiva nazzjonali u ta’ isem kummerċjali li jinkludu l-kelma “PROTI”, għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32, tad-Deċiżjoni R 1661/2007-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-3 ta’ Frar 2009, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni mressqa mir-rikorrenti kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “PROTIACTIVE”, għall-prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30 — Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti — Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009)

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Bernhard Rintisch huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 165, 9.6.2012.