7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Mejju 2014 – Louis Vuitton Malletier vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) Friis Group International ApS

(Kawża C-97/12 P) (1)

([Appell - Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva li tirrappreżenta mekkaniżmu ta’ sokra - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Invalidità parzjali - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1)(b])

2014/C 212/03

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Louis Vuitton Malletier (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, M. Boletto, E. Gavuzzi u N. Parrotta, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent) Friis Group International (rappreżentant: C. Type Jardorf, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), tal-14 ta’ Diċembru 2011, Vuitton Malletier vs UASI u Friis Group International (Rappreżentazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ sokra) (T-237/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali laqgħet parzjalment rikors għal annullament ippreżentat mid-detentur tat-trade mark figurattiva Komunitarja li tirrappreżenta mekkaniżmu ta’ sokra, għal prodotti fil-klassijiet 9, 14, 18 u 25, kontra d-deċiżjoni R 1590/2008-1 tal-ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-24 ta’ Frar 2010, li tannulla parzjalment id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tirrifjuta talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-imsemmija trade mark.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

L-appell inċidentali huwa miċħud.

3)

Louis Vuitton Malletier, l-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) u Friis Group International ApS għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 126, 28.04.2012.