8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Novembru 2013 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-66/12) (1)

(Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal oħra tal-Unjoni Ewropea - Regolamenti tal-Persunal - Rikors għal annullament - Komunikazzjoni COM(2011) 829 finali - Proposta COM(2011) 820 finali - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Preżentazzjoni ta’ proposti abbażi tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal - Nuqqas tal-Kummissjoni - Rikors li ma għadx għandu skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2014/C 39/06

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, D. Hadroušek u J. Vláčil, aġenti), Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: V. Pasternak Jørgensen u M. C. Thorning, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u N. Graf Vitzthum, aġenti), L-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon, aġent, assistit minn C. Toland, BL, u A. Joyce, solicitor), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: N. Díaz Abad u S. Centeno Huerta, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas u J.-S. Pilczer, aġenti), Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: I. Kalniņš u A. Nikolajeva, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u M. Bulterman, aġenti), Ir-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson u J. Beeko, aġenti, assistiti minn R. Palmer, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, D. Martin u J.-P. Keppenne, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Neergaard u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Rikors għal annullament — Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2011)829 finali, tal-24 ta’ Novembru 2011, dwar ir-rifjut li tissottometti proposti abbażi tal-“klawsola ta’ eċċezzjoni” li tinsab fl-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal — Proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Kunsill li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri l-oħra tal-persunal tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti tal-korrezzjoni li jaffettwaw dawn ir-remunerazzjonijiet u dawn il-pensjonijiet — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Nuqqas illegali tal-Kummissjoni li tissottometti proposti abbażi tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 118, 21.04.2012