9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Anton Schlecker, li qed jaġixxi taħt l-isem kummerċjali “Firma Anton Schlecker” vs Melitta Josefa Boedeker

(Kawża C-64/12) (1)

(Konvenzjoni ta’ Ruma dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali - Kuntratt ta’ xogħol - Artikolu 6(2) - Liġi applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla - Liġi tal-pajjiż fejn il-ħaddiem “issoltu jagħmel ix-xogħol tiegħu” - Kuntratt li għandu konnessjonijiet eqreb ma’ Stat Membru ieħor)

2013/C 325/09

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Anton Schlecker, li qed jaġixxi taħt l-isem kummerċjali “Firma Anton Schlecker”

Konvenuta: Melitta Josefa Boedeker

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980 (ĠU 2005, C 169, p. 10) — Liġi applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla — Kuntratt ta’ xogħol — Liġi tal-pajjiż fejn jitwettaq abitwalment ix-xogħol — Ħaddiem li jkun wettaq xogħlu mingħajr interruzzjoni u matul perijodu twil fi Stat Membru — Kuntratt ta’ xogħol li, fir-rigward taċ-ċirkustanzi l-oħra kollha tal-kawża, għandu rabtiet stretti ħafna ma’ Stat Membru ieħor

Dispożittiv

L-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980, għandu jiġi interpretati fis-sens li, anki fl-ipoteżi fejn ħaddiem wettaq ix-xogħol li jkun is-suġġett tal-kuntratt ta’ xogħol b’mod abitwali, għal perijodu twil u mingħajr interruzzjoni f’dan l-istess pajjiż, il-qorti nazzjonali tista’ ma tapplikax, skont l-aħħar parti ta’ din id-dispożizzjoni, il-liġi tal-pajjiż ta’ twettiq abitwali tax-xogħol meta miċ-ċirkustanzi kollha jirriżulta li hemm konnessjoni eqreb bejn dan il-kuntratt u pajjiż ieħor.


(1)  ĠU C 126, 28.04.2012.