11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrchní soud v Praze — ir-Repubblika Ċeka) — proċedura dwar l-eżekuzzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja imposta fuq Marián Baláž

(Kawża C-60/12) (1)

(Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2005/214/ĠAI - Applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għall-penali finanzjarji - “Qorti li għandha kompetenza, b’mod partikolari, f’materji kriminali” - L-Unabhängiger Verwaltungssenat’ fid-dritt Awstrijak - Natura u estensjoni tal-istħarriġ mill-qorti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni)

2014/C 9/07

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Vrchní soud v Praze

Partijiet fil-kawża prinċipali

Marián Baláž

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Vrchní soud v Praze — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(a)(iii), tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214/ĠAI tal-Kunsill, tal-24 ta’ Frar 2005, dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji (ĠU L 76, p. 16) — Kunċett ta’ qorti li għandha kompetenza b’mod partikolari f’materji kriminali — “Unabhängiger Verwaltungssenat” fid-dritt Awstrijak — Kunċett ta’ “opportunità li jkollha l-każ deċiż” quddiem qorti skont l-Artikolu 1(a)(iii) tad-Deċiżjoni Qafas — Portata

Dispożittiv

(1)

Il-kunċett ta’ “qorti li għandha l-kompetenza, b’mod partikolari, f’materji kriminali”, imsemmi fl-Artikolu 1(a)(iii) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI, tal-24 ta’ Frar 2005, dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal penali finanzjarji, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, jikkostitwixxi kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni u għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt dan il-kunċett kull qorti li tapplika proċeduri li jissodisfaw il-karatteristiċi essenzjali ta’ proċeduri kriminali. L-Unabhängiger Verwaltungssenat in den Ländern (l-Awstrija) tissodisfa dawn il-kriterji u għandha, konsegwentement, titqies li hija taqa’ taħt l-imsemmi kunċett.

(2)

L-Artikolu 1(a)(iii) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214/ĠAI, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299/ĠAI, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna għandha titqies li hija kellha l-opportunità li tressaq il-kwistjoni quddiem qorti li għandha l-kompetenza, b’mod partikolari, fi kwistjonijiet kriminali meta, qabel ma tressaq l-appell tagħha, din il-persuna kienet marbuta li tosserva proċedura amministrattiva prekontenzjuża. Tali qorti għandha tkun kompetenti b’mod sħiħ sabiex teżamina l-kawża fir-rigward kemm tal-evalwazzjoni fid-dritt kif ukoll taċ-ċirkustanzi fattwali.


(1)  ĠU C 109, 14.04.2012.