|
8.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Novembru 2013 — Kendrion NV vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-50/12 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-boroż tal-plastik industrijali - Imputabbiltà lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mill-kumpannija sussidjarja - Responsabbiltà in solidum tal-kumpannija parent għall-ħlas tal-multa imposta fuq il-kumpannija sussidjarja - Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali - Prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva)
2014/C 39/03
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Appellanti: Kendrion NV (rappreżentanti: P. Glazener u T. Ottervanger, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u S. Noë, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Novembru 2011, Kendrion vs Il-Kummissjoni (T-54/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 final, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu [81 KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), sa fejn din tirrigwarda lil Kendrion, fir-rigward ta’ akkordju fis-suq tal-boroż tal-plastik industrijali, kif ukoll talba għall-annullament jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq Kendrion
Dispożittiv
|
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
(2) |
Kendrion NV hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ dan l-appell. |