|
17.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 409/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Köln – il-Ġermanja) – Kronos International Inc. vs Finanzamt Leverkusen
(Kawża C-47/12) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq il-kumpanniji - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru intiża li tneħħi t-taxxa doppja fuq profitti mqassma - Metodu ta’ tpaċija applikat għad-dividendi mqassma minn kumpanniji residenti tal-istess Stat Membru bħall-kumpannija benefiċjarja - Metodu ta’ eżenzjoni applikat għad-dividendi mqassma minn kumpanniji residenti ta’ Stat Membru differenti minn dak tal-kumpannija benefiċjarja jew ta’ Stat terz - Differenza fit-trattament tat-telf tal-kumpannija benefiċjarja tad-dividendii))
2014/C 409/02
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kronos International Inc.
Konvenut: Finanzamt Leverkusen
Dispożittiv
|
1) |
Il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tgħid li kumpannija residenti ta’ Stat Membru ma tistax tpaċi t-taxxi fuq il-kumpanniji mħallsa fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz minn kumpanniji b’kapital azzjonarju li jqassmu dividendi, minħabba l-eżenzjoni mit-taxxa ta’ dawn id-dividendi fl-ewwel Stat Membru meta dawn jirriżultaw minn ishma li jirrappreżentaw tal-inqas 10 % tal-kapital tal-kumpannija li tqassam u li, f’dan il-każ, is-sehem effettiv tal-kumpannija b’kapital azzjonarju li tirċievi d-dividendi huwa ogħla minn 90 % u l-kumpannija benefiċjarja tkun inħolqot skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat terz, għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE. |
|
2) |
L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni tal-metodu ta’ eżenzjoni għad-dividendi mqassma minn kumpanniji residenti ta’ Stati Membri oħra u ta’ Stati terzi, filwaqt li l-metodu ta’ tpaċija jiġi applikat għad-dividendi mqassma mill-kumpanniji residenti tal-istess Stat Membru bħall-kumpannija benefiċjarja u li, fl-ipoteżi fejn din il-kumpannija benefiċjarja tirreġistra telf, il-metodu ta’ tpaċija jwassal sabiex it-taxxa mħallsa mill-kumpannija li tqassam residenti tkun totalment jew parzjalment irrimborsata. |