|
30.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 202/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-43/12) (1)
((Rikors għal annullament - Direttiva 2011/82/UE - Skambju transkonfinali ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ ksur relatat mas-sigurtà fit-toroq - Għażla tal-bażi legali - Artikolu 87(2)(a) TFUE - Artikolu 91 TFUE - Żamma tal-effetti tad-Direttiva fil-każ ta’ annullament))
2014/C 202/02
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. van Rijn u R. Troosters, aġenti)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: F. Drexler, A. Troupiotis u K. Zejdová, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Monteiro u E. Karlsson, aġenti)
Partijiet intervenjenti in sostenn tal-partijiet konvenuti fil-kawża: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J.-C. Halleux, T. Materne, aġenti, assistiti minn S. Rodrigues u F. Libert, avukati), l-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon, aġent, assistit minn N. Travers, BL), l-Ungerija (rappreżentanti: M. Z. Fehér, K. Szíjjártó u K. Molnár, aġenti), ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u M. Szpunar, aġenti), ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent), ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u C. Stege, aġenti), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: C. Murrell u S. Behzadi-Spencer, aġenti, assistiti minn J. Maurici u J. Holmes, barristers)
Suġġett
Rikors għal annullament – Direttiva 2011/82/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2011, li tiffaċilita l-iskambju transkonfinarju ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (ĠU L 288, p. 1) – Għażla tal-bażi legali – Sostituzzjoni tal-bażi legali proposta fil-qasam tal-politika komuni tat-trasport b’bażi legali oħra, li taqa’ taħt il-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija – Għan li tittejjeb is-sigurtà fit-toroq – Żamma tal-effetti tad-Direttiva f’każ ta’ annullament
Dispożittiv
|
1) |
Id-Direttiva 2011/82/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2011, li tiffaċilita l-iskambju transkonfinarju ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq, hija annullata. |
|
2) |
L-effetti tad-Direttiva 2011/82 għandhom jinżammu sad-dħul fis-seħħ, f’terminu raġonevoli li ma jistax jaqbeż tnax-il xahar mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, ta’ direttiva ġdida bbażata fuq il-bażi legali xierqa, jiġifieri l-Artikolu 91(1)(ċ) TFUE. |
|
3) |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huma kkundannati għall-ispejjeż. |
|
4) |
Ir-Renju tal-Belġju, l-Irlanda, l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Renju tal-Isvezja kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |