16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013 — Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-15/12 P) (1)

(Appell - Dumping - Regolament (KE) Nru 826/2009 - Importazzjoni ta’ ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw miċ-Ċina - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikolu 2(10)(b) - Paragun ġust - Artikolu 11(9) - Eżami mill-ġdid interim parzjali - Obbligu li jiġi applikat l-istess metodu bħal fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tad-dazju - Bdil fiċ-ċirkustanzi)

2013/C 336/11

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials Co. Ltd (rappreżentanti: J.-F. Bellis u R. Luff, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat, u N. Chesaites, Barrister), Il-Kummmissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u H. van Vliet, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla), tas-16 ta’ Diċembru 2011, Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials vs Il-Kunsill (T-423/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 826/2009, tas-7 ta’ Settembru 2009, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1659/2005 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 240, p. 7) — Paragun bejn il-valur normali u l-prezz għall-esportazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-pajjiż ta’ oriġini — Applikazzjoni ta’ metodu differenti minn dak użat waqt l-investigazzjoni inizjali — Żbalji ta’ liġi

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta ma’ din il-proċedura.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 89, 24.3.2012.