Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2011 – MB System vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-209/11 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Obbligu ta’ rkupru – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Urġenza – Ibbilanċjar tal-interessi”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 16-19)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli – Seħħ tad-dannu li jiddependi minn avvenimenti futuri u inċerti - Assenza ta’ urġenza (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 27, 28)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju - Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti - Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni li jippreċedu lil dawk ta’ individwu li jikkontrolla lill-kumpannija rikorrenti (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 29-33)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni -Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Ċirkustanzi eċċezzjonali - Teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-grupp ta’ appartenenza tal-kumpannija rikorrenti - Evalwazzjoni każ b’każ (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 34, 35)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Rikors - Rekwiżiti proċedurali - Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba - Preżentata ta’ sottomissjonijiet komplementari bl-għan li tirrimedja għal nuqqasijiet - Inkompatibbiltà mal-proċeduri għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 36)

6.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat - Miżuri nazzjonali ta’ eżekuzzjoni - Rimedji nazzjonali - Effett (Artikoli 263 TFUE u 278 TFUE) (ara l-punti 46-48)

7.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Kontestazzjoni inċidentali quddiem il-qorti nazzjonali tal-legalità ta’ att tal-Unjoni fil-każ ta’ rikors dirett kontra miżura nazzjonali ta’ implementazzjoni - Għoti tas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-miżura nazzjonali - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet - Kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja permezz tar-rinviju preliminari għall-evalwazzjoni tal-validità - Dannu gravi u irreparabbli - Teħid inkunsiderazzjoni tal-interess tal-Unjoni (ara l-punt 49)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 8289 finali, tal-14 ta’ Diċembru 2010, dwar l-Għajnuna mill-Istat Nru C 38/2005 (ex NN 52/2004) mogħtija mill-Ġermanja favur il-grupp Biria.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.