18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/32


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2011 — Müller vs UASI — Loncar (Sunless)

(Kawża T-662/11)

2012/C 49/58

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Thomas Müller (Gütersloh, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schmidt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Loncar, SL (Sabadell (Barcelona), Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-27 ta’ Settembru 2011, fil-Każ R 2508/2010-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-element verbali “Sunless”, għal prodotti fil-klassijiet 6, 19, 22 u 24.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Loncar, SL.

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali “SUNLESS” u “LONCAR-SUNLESS” għal prodotti fil-klassijiet 22, 23 u 24, kif ukoll ħbula, spag, xbiek, tined, tarpolini, qlugħ, basktijiet (sakemm ma jkunux inklużi fi klassijiet oħra); materjal ta’ kkutunnar (minbarra gomma jew materjal plastiku); u materjal ta’ tessut fibruż.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.