25.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 58/11 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2011 — Smart Technologies vs UASI (SMART NOTEBOOK)
(Kawża T-648/11)
2012/C 58/21
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Smart Technologies ULC (Calgary, il-Kanada) (rappreżentanti: M. Edenborough, QC, T. Elias, Barrister, u R. Harrison, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta’ Settembru 2011, fil-Każ R 942/2011-1; |
— |
sussidjarjament, tbiddel id-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-Appell, sabiex din tindika li l-applikazzjoni għandha karattru distintiv suffiċjenti b’tali mod li ebda oġġezzjoni abbażi tal-Artikoli 7(1)(b) jew (c) tar-Regolament ma tista’ tiġi invokata kontra r-reġistrazzjoni tagħha; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “SMART NOTEBOOK” għal prodotti fil-klassi 9 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9049313
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell kien żbaljat meta ddeċieda li l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja kienet nieqsa minn kull karattru distintiv. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tqis li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma hijiex deskrittiva tal-prodotti tagħha, bil-kontra ta’ dan, din għandha karattru distintiv li jippermettilha taqdi funzjoni ta’ indikazzjoni ta’ oriġini kummerċjali għall-imsemmija prodotti. B’mod partikolari, ir-rikorrenti tallega li l-Bord tal-Appell: a) ma użax kriterji ta’ evalwazzjoni korretti sabiex jiddeċiedi jekk trade mark tiddeskrivix jew le prodotti li għalihom qed tintalab ir-reġistrazzjoni; b) naqas milli jiħu inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rikorrenti għandha familja ta’ trade marks “Smart”, u kien żbaljat meta ħawwad din il-kwistjoni mal-kunċett tal-karattru distintiv miksub, fis-sens tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament; u ċ) żbaljatament ċaħad il-motiv dwar l-aspettattivi leġittimi fiċ-ċirkustanza fejn it-trade marks l-oħra li ġew invokati kienu kollha proprjetà tar-rikorrenti, b’kuntrast ma trade marks li huma proprjetà ta’ terzi.