3.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/14 |
Appell ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2011 minn Michael Heath mis-sentenza mogħtija fid-29 ta’ Settembru 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-121/10, Heath vs BĊE
(Kawża T-645/11)
2012/C 65/28
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Michael Heath (Southampton, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Appellata: Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza tal-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta’ Settembru 2011 fil-kawża F-121/10; |
— |
konsegwentement, tagħti lill-appellant il-benefiċċju tat-talbiet tiegħu fl-ewwel istanza u, għalhekk,
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ EUR 5 000, għall-ħlas ta’ dannu materjali tar-rikorrent li jirriżulta mit-telf tal-kapaċità ta’ xiri tiegħu; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ EUR 5 000, ikkalkolati ex aequo et bono bħala kumpens għad-danni morali; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka ħames aggravji.
(1) |
L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi, ksur tal-kunċett ta’ att li jikkawża preġudizzju u ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. |
(2) |
It-tieni u t-tielet aggravji huma bbażati fuq ksur tal-istħarriġ tal-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, żnaturament tal-proċess u ksur tad-dmir ta’ motivazzjoni, tal-Artikolu 17(7) tal-Anness III tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u r-regoli dwar l-oneru tal-prova matul l-istħarriġ magħmul mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-legalità tad-dikjarazzjoni tal-attwarju u tal-legalità tal-kontenut tagħha. |
(3) |
Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq żnaturament tal-proċess u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tad-drittijiet tad-difiża, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl-ebda mument ma eżamina l-legalità tal-intervent lil hinn mill-1 ta’ Novembru 2009 tal-attwarju tal-BĊE fis-seħħ sal-31 ta’ Ottubru 2009. |
(4) |
Il-ħames aggravju hwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 48 tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll ksur tal-libertà ta’ assoċjazzjoni u tad-dritt fundamentali ta’ nnegozjar kollettiv kif stabbilit b’mod partikolari fl-Artikolu 11 tal- Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (ECHR) u l-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda li “ir-rikorrent ma setax jikkawża preġudizzju lill-BĊE billi ma ikkonsultax lill-Kumitat tal-Persunal qabel l-iffissar tal-aġġustament tal-pensjoni għall-2010” |