4.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 32/41 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2011 — Regency Entertainment Psychagogiki kai Touristiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-635/11)
2012/C 32/81
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Regency Entertainment Psychagogiki kai Touristiki AE (Maroussi Attikis, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Niejahr, Q. Azau, F. Spyropoulos, I. Dryllerakis, K. Spyropoulos, avukati, u F. Carlin, Barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/716/UE, tal-24 ta’ Mejju 2011, dwar Għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Greċja lil ċerti każinojiet Griegi (Il-miżura ta’ Għajnuna mill-Istat C 16/10 (ex NN 22/10, ex CP 318/09)) implementata mir-Repubblika Ellenika (ĠU L 285, p. 25); |
— |
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tapplika għar-rikorrenti; jew |
— |
f’livell iktar sussidjarju, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tordna l-irkupru tal-ammonti mingħand ir-rikorrenti; u |
— |
tordna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tar-rikorrenti marbuta ma’ din l-istanza. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta kisret l-Artikolu 107(1) TFUE meta ddeterminat li l-miżura kontenzjuża kienet tikkostitwixxi għajnuna billi:
|
(2) |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta kisret id-drittijiet tad-difiża proċedurali tar-rikorrenti meta injorat għal kollox l-osservazzjonijiet u l-kummenti addizzjonali ppreżentati mir-rikorrenti fl-eżerċizzju tad-drittijiet proċedurali tagħha sussegwentement għad-deċiżjoni li fetħet il-proċedura. |
(3) |
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta kisret l-Artikolu 296 TFUE billi naqset milli tipprovdi motivazzjoni adegwata li permezz tagħha r-rikorrenti tista’ tifhem u li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali tkun tista’ tistħarreġ ir-raġunament li fuqu hija bbażata l-konstatazzjoni li r-rikorrenti kienet ibbenefikat minn vantaġġ ta’ natura selettiva, li tali vantaġġ kien jinvolvi riżorsi tal-Istat predeterminati u li tali vantaġġ kien ta’ natura li seta’ joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u jkollu effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
(4) |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn tordna l-irkupru tal-ammonti mingħand ir-rikorrenti, tikser:
|
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).