4.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 32/36 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2011 — Royal Scandinavian Casino Århus AS vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-615/11)
2012/C 32/72
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Partijiet
Rikorrenti: Royal Scandinavian Casino Århus AS I/S (Århus, id-Danimarka) (rappreżentant: B. Jacobi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Settembru 2011 fil-Każ C 35/2010 (ex N 302/2020) dwar il-miżura li d-Danimarka tippjana li timplementa fl-għamla ta’ taxxi fuq il-logħob online fil-Liġi Daniża dwar it-taxxi fuq il-logħob; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
(1) |
Skont l-ewwel motiv, il-Kummissjoni approvat b’mod żbaljat l-għajnuna fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE, minħabba li:
Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-eċċezzjoni fl-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE għandha tingħata interpretazzjoni restrittiva u li din id-dispożizzjoni ma tipprovdi ebda possibbiltà għall-għoti ta’ għajnuna statali fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjonijiet finanzjarji tal-Istat. |
(2) |
Skont it-tieni motiv, il-Kummissjoni approvat l-għajnuna b’mod kuntrarju għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-għajnuna għall-funzjonament. L-għajnuna inkwistjoni, li ngħatat bħala għajnuna permanenti fl-għamla ta’ tnaqqis ta’ taxxa, tammonta għal għajnuna għall-funzjonament li, skont ġurisprudenza stabbilita, ma tistax tiġi approvata f’każijiet bħalma huwa l-każ ineżami. |
(3) |
Skont it-tielet motiv, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni Daniża jistgħu jintlaħqu mingħajr l-għoti ta’ għajnuna statali. |
(4) |
Skont ir-raba’ motiv, il-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni żbaljata meta kkonkludiet, b’mod żbaljat, li l-għajnuna kienet neċessarja sabiex toħloq inċentiv għall-fornitur tal-logħob sabiex japplika għal liċenzja Daniża. |
(5) |
Skont il-ħames motiv, il-Kummissjoni għamlet użu ħażin mill-poteri tagħha meta rreferiet għal dispożizzjoni tat-Trattat li tawtorizza l-approvazzjoni ta’ għajnuna intiża sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ reġjun ekonomiku, meta, fil-fatt, jidher ċar mid-deċiżjoni li r-raġuni vera għall-approvazzjoni tal-għajnuna hija x-xewqa li jkun hemm numru xieraq ta’ applikanti għal liċenzja Daniża għal-logħob online. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tuża ħażin il-poteri tagħha meta tagħti bħala raġunijiet għall-approvazzjoni l-għan ta’ liberalizzazzjoni u faċilitazzjoni tal-iżvilupp ta’ reġjun ekonomiku, meta l-Istat Daniż innifsu jiddikjara li l-għan ġenerali tal-iskema tat-taxxa huwa li jkun hemm l-ikbar dħul mit-taxxa possibbli. |
(6) |
Skont is-sitt motiv, il-Kummissjoni naqset milli tissodisfa r-rekwiżit ta’ motivazzjoni suffiċjenti, peress li r-raġunijiet mogħtija:
|