28.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/55 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2011 — JAS vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-573/11)
(2012/C 25/107)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: JAS Jet Air Service France (JAS) (Franza) (rappreżentant: T. Gallois, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Awwissu 2011 fil-każ REM 01/2008 inkwantu hija:
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
(1) |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni applikat motivi ipotetiċi. |
(2) |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża inkwantu l-Kummissjoni ma ordnatx lill-amministrazzjoni nazzjonali tipproduċi l-oriġinali jew il-kopji tad-dikjarazzjonijiet tad-dwana, suġġett tat-talba għal maħfra, minkejja li dawn id-dokumenti juru li verifika fiżiku kien twettaq. |
(3) |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq in-natura irregolari tal-istruttorja tal-proċess minħabba bdil fl-oneru tal-prova, fejn il-Kummissjoni, abbażi tad-dikjarazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali li tipprovdi li d-dikjarazzjonijiet tad-dwana inkwistjoni kienu sparixxew, ikkonkludiet li l-prova tista’ tiġi prodotta biss meta l-amministrazzjoni doganali tkun fiżikament ivverifikat il-merkanzija. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma tistax iddawwar dan in-nuqqas tal-awtoritajiet nazzjonali għad-detriment tagħha. |
(4) |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju (1) inkwantu l-Kummissjoni kienet dejqet il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kunċett ta’ “sitwazzjoni partikolari”. |
(5) |
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq żbalji ta’ fatt u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni inkwantu l-Kummissjoni kienet ikkonkludiet li ma kienx hemm “sitwazzjoni partikolari” fis-sens tal-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali, minkejja l-fatt li r-rikorrenti kienet tinsab fl-istess sitwazzjoni bħal dik ta’ kumpannija oħra ta’ trasport Olandiża li tispedixxi l-merkanzija, fejn is-sitwazzjoni tagħha tqieset mill-Kummissjoni bħala li tikkostitwixxi “sitwazzjoni partikolari”. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307)