8.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/28 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2011 — Riche vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża T-458/11)
2011/C 298/52
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Philippe Riche (Meursac, Franza) (rappreżentant: C.-E. Gudin, avukat)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tikkumpensa d-dannu kollu subit permezz ta’ sanzjonijiet pekunjarji, jiġifieri s-somma ta’ EUR 136 000; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż u l-ħlasijiet kollha:
|
— |
tistabbilixxi fil-forma ta’ somma f’daqqa l-ammont tad-dannu morali għas-somma ta’ EUR 100 000. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħdax-il motiv.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur manifest u gravi tal-limiti imposti fuq is-setgħa diskrezzjonali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. |
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur mill-Kunsill u/jew il-Kummissjoni tad-deċiżjoni tal-Istati Membri li jeskludu mil-lista ta’ prodotti agrikoli l-ispirti tal-inbid bħal dawk prodotti mir-rikorrent. |
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni stabbilita mill-Artikolu 40 TFUE fir-rigward tal-produtturi tal-inbid ikkonċernati li għandhom apparat ta’ distillazzjoni li jippermetti li jiġu pproċessati f’alkoħol l-ammonti li normalment jibqa’ mill-kwantitajiet li normalment jiġu prodotti. |
(4) |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, li jikkonsisti, minn naħa, fil-ksur tad-drittijiet miksuba mill-produtturi kkonċernati u, min-naħa l-oħra, fil-ksur tal-aspettattivi leġittimi minħabba l-fatt li jistgħu jipproċessaw fi spirti huma stess l-ammonti li jibqa’ mill-kwantitajiet li normalment jiġu prodotti. |
(5) |
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
(6) |
Is-sitt motiv bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-estoppel li jirreferi għall-projbizzjoni għal awtorità pubblika li tikkontradiċi lilha nfisha għad-detriment ta’ terzi. |
(7) |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-ksur abbużiv tal-libertà ta’ produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott industrijali. |
(8) |
It-tmien motiv ibbażat fuq l-estensjoni abbużiva tal-applikazzjoni tar-regolament ikkontestat għal każijiet fejn ma teżistix talba għal finanzjament. |
(9) |
Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt tal-preżunzjoni ta’ innoċenza. |
(10) |
L-għaxar motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ premura. |
(11) |
Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt ta’ proprjetà. |