22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/44 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2011 — Hemofarm vs UASI — Laboratorios Diafarm (HEMOFARM)
(Kawża T-411/11)
2011/C 311/83
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Hemofarm AD farmaceutsko-hemijska industrija Vršac (Vršac, is-Serbja) (rappreżentant: D. Cañadas Arcas)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laboratorios Diafarm, SA (Barberá del Vallès, Spanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tissospendi l-proċeduri tar-rikors ippreżentat mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Mejju 2011, sakemm il-UASI u t-tribunali tal-kummerċ Nru 4 u 8 ta’ Barcelona jiddeċiedu dwar ir-rikorsi għal invalidità u għar-revoka minħabba nuqqas ta’ użu; |
— |
fin-nuqqas ta’ dan, tirrevedi, tannulla jew, skont il-każ, temenda d-Deċiżjoni R 0298/2010-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell f’dak li jikkonċerna l-prodotti inkwistjoni tal-klassi 5 sabiex tiċħad l-oppożizzjoni B 996 506 relatata ma’ din il-klassi, b’mod li l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 4 504 049 HEMOFARM tar-rikorrenti tiġi aċċettata għall-prodotti kollha fil-klassi 5 u tkun tista’ tiġi rreġistrata fil-klassijiet 5 u 35 mitluba. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “HEMOFARM” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Laboratorios Diafarm, SA
Trade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali Komunitarja u internazzjonali “HEMOFARM”, għal prodotti fil-klassi 3 u 16 u trade marks verbali nazzjonali “HEMOPLANT” u “HEMONET” għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjlament milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) peress li ma teżistix possibbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).