24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/36 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2011 — Symfiliosi vs FRA
(Kawża T-397/11)
2011/C 282/70
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Symfiliosi (Nikosija, Ir-Repubblika ta’ Ċipru) (rappreżentant: L. Christodoulou, avukat)
Konvenuta: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali tat-23 ta’ Mejju 2011, li tagħti l-ewwel kuntratt qafas taħt is-sejħa għal offerti F/SE/10/03 — Lott 12 Ċipru lil First Elements, u t-tieni kuntratt qafas lil Symfiliosi; |
— |
tikkundanna lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq motiv wieħed, li permezz tiegħu tallega li l-Aġenzija naqset milli tipprovdi motivazzjoni għad-deċiżjoni tagħha. Barra minn hekk, hija tikkontesta s-sustanza tal-evalwazzjoni tal-offerti, u tallega li din tal-aħħar kienet arbitrarja, mhux raġjonevoli u illegali.