10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/54


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2011 — Basic vs UASI — Repsol YPF (basic)

(Kawża T-372/11)

2011/C 269/120

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Basic Aktiengesellschaft Lebensmittelhandel (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Altenburg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Repsol YPF, SA (Madrid, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tanulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-31 ta’ Marzu 2011 fil-Każ R 1440/2010-1;

tiċħad ir-rikors fil-Każ R 1440/2010-1 f’dak li jikkonċerna d-deċiżjoni dwar l-oppożizzjoni B 1384694;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “basic” bil-kuluri isfar, blu u aħmar, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 4, 5, 16, 18, 21, 25, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 35, 39, 43, 44 u 45 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6752811.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 5648159 tat-trade mark figurattiva “BASIC” għal servizzi fil-klassijiet 35, 37 u 39.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għal parti mis-servizzi kkontestati fil-klassi 35 u għas-servizzi kkontestati kollha fil-klassi 39. Oppożizzjoni ġiet miċħuda għall-kumplament tas-servizzi fil-klassi 35.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni ġiet annullata sa fejn ċaħdet l-oppożizzjoni għal parti mis-servizzi fil-klassi 35. L-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja għal tali servizzi ġiet miċħuda u l-istess l-appell għall-kumplament tas-servizzi fil-klassi 35.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, inkwantu l-Bord tal-Appell iddeċieda b’mod żbaljat illi kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni u t-trade mark li għaliha saret l-oppożizzjoni.