|
30.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/28 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2011 — Buzzi Unicem vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-297/11)
2011/C 226/56
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Buzzi Unicem SpA (Casale Monferrato, l-Italja) (rappreżentanti: C. Osti u A. Prastaro, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni kkontestata minħabba nuqqas jew insuffiċjenza tal-motivazzjoni u għalhekk ksur tad-dritt tad-difiża tar-rikorrenti kif ukoll tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba; |
|
— |
tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni kkontestata minħabba abbuż u użu ħażin tal-poter li wasslu għall-qlib tal-oneru tal-prova; |
|
— |
tannulla fl-intier tagħha jew parzjalment id-deċiżjoni kkontestata minħabba abbuż tal-poteri mogħtija mill-Artikolu 18 tal-Kummissjoni, ksur tal-prinċipji tal-proporzjonalità u tal-amministrazzjoni tajba, nuqqas tal-proċedura kontradittorja, bi ksur tal-Aħjar Prattiki (Best Practices) tal-Kummissjoni; |
|
— |
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv jittratta dwar in-nuqqas jew insuffiċjenza tal-motivazzjoni, il-ksur tad-dritt tad-difiża, il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba
|
|
(2) |
It-tieni motiv jitratta dwar l-abbuż u l-użu ħażin tal-poter u l-qlib tal-oneru tal-prova
|
|
(3) |
It-tielet motiv jitratta dwar l-abbuż tal-poter fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1/2003
|
|
(4) |
Ir-raba’ motiv jitratta dwar il-ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità, abbuż tal-poter relatat mal-Artikolu 18
|
|
(5) |
Il-ħames motiv jitratta dwar ksur tal-Aħjar Prattiki tal-Kummissjoni u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba
|