|
27.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/34 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2011 — Kieffer Omnitec vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-288/11)
2011/C 252/79
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: A+P Kieffer Omnitec Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. Delvaux u V. Bertrand, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea ċaħdet l-offerta tagħha u tat il-kuntratt lil offerent ieħor, deċiżjoni li r-rikorrenti ġiet infurmata biha permezz ta’ ittra tal-1 ta’April 2011, riċevuta fil-5 ta’ April ta’ wara; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-1 ta’ April 2011, li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti intiża għall-għoti ta’ kuntratt ta’ manutenzjoni ta’ TVKA, sistema ta’ tbexxix, u installazzjonijiet tal-ilma u tal-ħarsien tas-saħħa tal-bini Joseph Beck fil-Lussemburgu u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor (ĠU 2010/S 241-367523).
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 89(1) u (2), u 92 tar-Regolament Finanzjarju, tal-Artikolu 135(1) u (5) tar-Regolament ta’ implementazzjoni, u tal-Artikolu 49 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (1), kif ukoll tal-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ ugwaljanza u ta’ proporzjonalità sa fejn il-Kummissjoni Ewropea teħtieġ li l-offerent jipprovdi “iċ-ċertifikat tal-ISO validu għall-attività tiegħu kollha ta’ manutenzjoni, maħruġ mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni”. Ir-rikorrenti tikkritika lill-Kummissjoni Ewropea, l-ewwel nett, talli ma fformulatx il-kriterju ta’ selezzjoni b’mod ċar u preċiż peress li, fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta, ma kienx hemm speċifikat in-numru taċ-ċertifikat ISO meħtieġ, it-tieni nett, talli talbet lill-offerenti għal ċertifikat ISO “validu għall-attività tagħhom kollha ta’ manutenzjoni” u mhux biss għall-kuntratt ikkonċernat u, it-tielet nett, talli ma ppermettietx lill-offerenti li juru li huma għandhom livell ta’ kwalità simili għal dak taċ-ċertifikat ISO. |
|
(2) |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li jirriżulta mill-Artikolu 296 TFUE, l-Artikolu 100(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-ksur tal-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta u tal-annessi tagħhom, u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn il-Kummissjoni kienet ċaħdet l-offerta tal-kumpannija A+P KIEFFER OMNITEC minħabba li r-rikorrenti ma kinitx tissodisfa il-kriterju Nru 16, peress li din ma pprovditx id-dokumenti ta’ prova u rilevanti sabiex juru li l-kandidati kellhom il-kwalifiki meħtieġa. Minn naħa, ir-rikorrenti ssostni li l-kriterju Nru 16 kien jikkonċerna “d-dikjarazzjoni li tindika l-medja annwali ta’ ħaddiema li għandhom il-profil meħtieġ matul l-aħħar tliet snin li kienu impjegati mal-membri kollha tal-grupp potenzjali” u li l-paġna 27/37 tal-Anness II tal-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta tagħmel riferiment biss għall-għarfien lingwistiku tal-kandidati u, min-naħa l-oħra, li r-rikorrenti tabilħaqq tat il-prova li wieħed mill-kandidati kellu l-kwalifiki meħtieġa fil-paġna 28/38 tal-Anness II tal-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta billi pproduċiet dokumenti ta’ prova. Fir-rigward tal-kandidat l-ieħor, id-dokumenti tal-kuntratt ma kinux jeħtieġu li l-kwalifiki meħtieġa għal kap tas-sit jiġu sodisfatti. |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.