13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/20


Rikors ippreżentat fil-31 ta' Mejju 2011 — Ewald vs UASI — Kin Cosmetics (Keen)

(Kawża T-280/11)

2011/C 238/36

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rita Ewald (Frauenwald, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Reinhardt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kin Cosmetics, SA (Sant Feliu de Guixols, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Marzu 2011 fil-Każ Nru R 1383/2010-1;

tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 1359944 magħmula quddiem l-UASI fl-24 ta’ Lulju 2008 minn KIN COSMETICS, SA kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark EM 006 498 621“Keen”;

sussidjarjament, fil-każ fejn il-Qorti Ġenerali ma tistax tieħu deċiżjoni abbażi tat-tieni inċiż: tirrinvija l-kawża quddiem l-UASI;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, kif ukoll lil KIN COSMETICS sa fejn din tal-aħħar tkun parti mill-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Ewald

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Keen” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3 u 44 — Reġistrazzjoni Nru 6 498 621

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Kin Cosmetics, SA

Trade mark jew sinjal invokat: trade marks Komunitarji u nazzjonali, verbali u figurattivi, “KIN”, “KinBooKs”, “KINWORKS” u “KINSTYLIUM” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 35 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li ma hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.